Lokali

Entużjażmu kbir għall-protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni

Numru kbir ta’ nies niżlu bi ħġarhom fil-każini tal-Partit Nazzjonalista sabiex jilqgħu u juru l-appoġġ tagħhom lill-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Simon Busuttil. Simon Busuttil żar numru ta’ każini bi preparazzjoni għall-protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni li se ssir nhar il-Ħadd 6 ta’ Marzu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ lil dawk kollha preżenti fil-każini tal-Fgura, Ħaż-Żabbar, Żurrieq u l-Mosta, sabiex nhar il-Ħadd jingħaqdu mal-poplu Malti fil-protesta nazzjonali.

Fid-Dar Ċentrali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ukoll attivita’ organizzata minn Club 101, fejn mijiet ta’ nies oħra laqgħuh b’entużjażmu.

Il-protesta nazzjonali kontra l-korruzjoni se ssir nhar il-Ħadd 6 ta’ Marzu fit-3 ta’ waranofsinhar, fejn hu mistenni li l-folla tinġabar fil-pjazza quddiem Kastilja, fil-Belt Valletta.