Ritratti li waslulna minn Marsalforn Għawdex kmieni dalgħodu juru x-xogħlijiet li twettqu mill-ħaddiema tal-Gvern biex għalqu triq ħallu jkunu jistgħu jestendu bankina.
Fl-aħħar jiem kien hemm rabja fost numru kbir ta’ Għawdxin li joqgħodu u li jiffrekwentaw Marsalforn wara l-għaġla tal-Gvern li jneħħi waħda mill-karreġġjati fuq il-pont li jgħaqqad il-Menqa max-Xatt biex tinqeda persuna waħda.
Wara li ppubblikajna l-istorja, il-Ħaddiema tal-Gvern kienu ntbagħtu malajr fil-post biex iħaffu kemm jista’ jkun il-proċess u l-każ ifittex jingħalaq.
//= $special ?>