Lokali

L-Ekonomista Gordon Cordina jirriżenja minn Nexia BT

L-iskandlu relatat mal-kumpaniji sigrieti fil-Panama jwassal għal riżenja, b’nies qrib dawk involuti qed jgħidu fil-miftuħ li dawn l-aħbarijiet ixxukjawhom.

Fl-aħħar żviluppi, l-Ekonomista Gordon Cordina warrab ghal kollox mill-kumpanija Nexia BT. Skont Konrad Mizzi stess, kienet Nexia BT li tatu s-servizzi tagħha biex jiftaħ il-kumpanija sigrieta fil-Panama, li hu pajjiż blacklisted.

F’kummenti lil The Malta Indepdent, Gordon Cordina qal li għalih il-kredibbiltà u l-imparzjalità jiġu l-ewwel. Kien għalhekk li warrab għal kollox mill-kumpanija Nexia BT, hekk kif din l-istorja “issorprendietni”.