“Iċ-Cavetta tas-suċċess hija u għandha tibqa’ l-Edukazzjoni u x-Xoghol onest”. Hekk stqarret fuq Facebook l-eks deputat Laburista Marlene Farrugia meta dalgħodu kompliet tikritika lill-Gvern ta’ Muscat minħabba l-istejjer ta’ korruzzjoni li qed ikomplu joħorġu.
Fi kliemha Marlene Farrugia kienet ċara: “Il-Korruzzjoni teqred dan il-mudell ta’ ħajja għaliex mhux kemm taf iżda ‘l min taf! Il-Korruzzjoni teqred dan il-mudell ta’ ħajja rispettabbli għax mhux kemm ħdimt, imma kemm sraqt!”
Kompliet tgħid illi l-Korruzzjoni ċċaħħad il-bżonnijiet bażiċi tal-ħafna biex igawwdu l-ftit. “Dan għaliex flusna jmorru fuq l-irjus minflok jintużaw biex tiġi assigurata d-dinjita għal kulħadd mit-twelid sal-mewt”.
//= $special ?>