Mara li kienet taħdem bħala babysitter f’Moska, il-kapitali Russa, u li qatgħet ir-ras ta’ tifla żgħira li kienet qed tieħu ħsieb qalet li wettqet ir-reat ‘bi tpattija għall-attakki mill-qawwiet tal-ajru Russi fis-Sirja.
Il-mara –Gulchehra Bobukulova li ġejja mill-Użbekistan — kienet arrestata f’Moska, jiem ilu, waqt li kienet qed ixxejjer ir-ras maqtugħa tat-tifla, fl-inħawi ta metro.
Ir-raġuni tat-‘tpattija’ f’dan il-każ iddomina l-aħbarijiet online fir-Russja, iżda l-istampa tal-Istat u l-awtoritajiet federali qed jippruvaw jimminimizzaw din it-teorija.
Il-mara tressqet il-qorti nhar l-Erbgħa fejn dehret titbissem, waqt li kelliema għall-Kremlin wissew li l-istampa m’għandhiex torbot isimha mat-terroriżmu, minkejja li Bobokulova insistiet li ‘kellha struzzjonijiet biex twettaq dan l-att makabru minn Allah’.
Il-kap tal-kumitat investigattiv Russu, Vladimir Markin, qal li l-istampa m’għandhiex tibdel il-każ traġiku tat-tifla f’wieħed sensazzjonali u kkonferma rapporti li l-mara suspettata ilha żmien tbati minn skiżofrenija.
Filmat li ħareġ fuq YouTube juri lil Bobokulova qed twieġeb il-mistoqsijiet ta’ raġel mhux identifikat fejn ammettiet dwar il-qtil tat-tifla. Meta r-raġel staqsa għal spjegazzjoni, hi tgħid li ‘pattietha lil dawk li xerrdu d-demm’ u,’il quddiem, irreferiet għal ‘(Vladimir) Putin’ bħala l-persuna responsabbli għat-tixrid tad-demm.
Il-mara tistaqsi ‘għalfejn (ir-Russi) qed jibbumbardjaw lill-Musulmani u ħadd mhu jgħid xejn’. Hi tkompli li ‘l-Musulmani wkoll għandhom dritt li jgħixu u li kien għalhekk li hi ivvendikat ruħha’.
Bobokulova tispjega wkoll li hi riedet tmur tgħix is-Sirja iżda ma kellhiex il-mezzi biex tagħmel dan. Meta, imbagħad, wieġbet għall-mistoqsija jekk ‘
Qatgħet ras tifla bi tpatija għall-attakki Russi fis-Sirja
