Futbol Sport

Segretarju Ġenerali temporanju għal UEFA

L-ogħla istituzzjoni fl-Ewropa tal-Futbol, il-UEFA, ħatret b’mod temportanju lil Theodore Theodoridis bħal Segretarju Ġenerali b’mod temporanju wara li Gianni Infantino nħatar President tal-FIFA l-ġimgħa li għaddiet.

Infantino li għandu 45 sena, kien ilu fl-assoċjazzjoni għal total ta’ 15-il sena, b’seba’ snin minnhom jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali liema kariga żamm sakemm rebaħ l-elezzjoni l-Ġimgħa li għaddiet.

Theodoridis kien il-favorit li jsir is-Segretarju Ġenerali b’mod temporanju wara t-tluq tal-Isvizzeru.

Il-kelliem Pedro Pinto qal ukoll li l-goal-line technology se tintuża għal finali taċ-Champions League u l-Europa League ta’ dan l-istaġun. Ġie konfermat ukoll li l-ebda elezzjoni Presidenzjali mhu se ssir qabel mal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport jiddeċiedi dwar is-sospensjoni ta’ sitt snin minn kull attività ta’ Michel Platini.