Futbol Sport

Serie A: Roma jumiljaw lil Fiorentina

epa05195180 AS Roma's Diego Perotti (L) celebrates with team mates after scoring the 3-0 goal during the Italian Serie A soccer match between AS Roma and ACF Fiorentina at Olimpico stadium in Rome, Italy, 04 March 2016. EPA/ETTORE FERRARI

Roma saħħew it-tielet post fil-klassifika meta b’mod konvinċenti għelbu lil Fiorentina 4-1. B’din ir-rebħa t-tim ta’ Luciano Spalletti jinsabu żewġ punti taħt Napoli u ħamsa taħt Juventus b’logħba aktar. Minn naħa l-oħra Fiorentina issa jinsabu tliet punti taħt Roma.

Stephan El Shaarawy poġġa lit-tim ta’ Roma fil-vantaġġ fit-22 minuta u rduppjaw erba’ minuti wara meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Mohamed Salah ġie mxellef bil-ballun jispiċċa wara Tatarusanu. Diego Perotti għamel l-iskor fit-38 minuta meta ħa vantaġġ minn indeċiżjoni tad-difiża tal-Viola.

Josip Ilicic naqqas id-distakk eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima minn penalty. Iżda fit-tieni taqsima Roma żiedu ieħor fit-58 minuta permezz tal-Eġizzjan Salah. Fil-festa Romanista pparteċipa wkoll il-veteran Francesco Totti li mar viċin ukoll li jniżżel ismu fost l-iskorers iżda l-freekick tiegħu ħabat mal-wieqfa qabel ma’ spiċċa barra.