Lokali

“Shame on you” – il-Billboard il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista

Matul il-lejl li għadda, il-Partit Nazzjonalista tella’ billboard ġdid fl-isfond tal-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.

Permezz tal-billboard, il-Partit Nazzjonalista qed iwassal il-messaġġ “Shame on You” lill-Prim Ministru Joseph Muscat, lill-Ministru u Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, li huma t-trio involuti f’dan l-iskandlu.

Dan hekk kif, minkejja l-fatti li ta’ kuljum qed joħorġu fil-pubbliku, it-tliet persuni involuti qed jibqgħu jiddefendu l-pożizzjoni ta’ xulxin. Fuq quddiemnett fil-każ hu l-Prim Ministru nnifsu, li hu finalment responsabbli mit-tmexxija tal-Gvern u tal-Partit Laburista.

Ħafna opinjonisti u esponenti politiċi minn madwar il-pajjiż kollu qed jappellaw lil Muscat biex jieħu passi quddiem l-informazzjoni kollha li qed tiġi żvelata u jneħħi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri mill-karigi rispettivi tagħhom.