“The buck stops with the Prime Minister” u għandu jagħti każ dak li qed jgħidu n-nies. Inkella, l-pożizzjoni tiegħu mhux se tibqa’ tenibbli.
Huwa dan il-qofol tal-editorjal tal-ġurnal The Times li spjega li kull min hu f’sensieh, inkluż Laburisti ġenwini, għandhom għalxiex jinkwetaw dwar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.
L-editorjal ta’ The Times jgħid li l-pożizzjoni tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, issa saret waħda mhux tenibbli u l-uniku ħaġa onorabbli li jridu jagħmlu hi li jitilqu.
“Hija mossa tajba mill-Partit Nazzjonalista li jsejjaħ dik li qed isejjaħ ‘Protesta Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni” jgħid il-ġurnal The Times, li jispjega li vot ta’ sfiduċja fil-Parlament kien jiġi mblukkat mill-Gvern bil-konsegwenza li l-istorja tieqaf hemm.
“Il-Protesta se tassigura li l-vuċi tan-nies tinstema'” ikompli l-editorjal.
The Times tistaqsi kif jista’ jkun li Joseph Muscat għadu qed iħossu komdu jaħdem ma’ Konrad Mizzi u Keith Schembri tant li għadu qed jiddefendiehom. Tistaqsi wkoll għaliex l-awtoritajiet konċernati għadhom ma bdewx jinvestigaw l-iskandlu, partikolarment il-Kummissarju tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni wara li sar magħruf li Konrad Mizzi kiser il-liġi tal-Income Tax.
Hemm mistoqsijiet li jeħtieġu risposta minnufih, jisħaq l-editorjal ta’ The Times.
//= $special ?>