Id-delegazzjoni Maltija tal-MaltMUN din is-sena se tipparteċipa fil-konferenza tal-Harvard World Model of the United Nations li hija mudell internazzjonali ta’ kif jitmexxa n-Nazzjonijiet Uniti. Il-konferenza dinjija ta’ din is-sena se tkun bejn l-14 u t-18 ta’ Marzu u se ssir Ruma.
Net News tkellem ma’ Warren Ciantar, il-President tad-delegazzjoni Maltija, li spjegalna aktar dwar din il-konferenza, li fiha, id-delegazzjoni Maltija se tkun qed titkellem f’isem is-Senegal.
Bħalissa l-parteċipanti qed jippreparaw ruħhom fuq kull diskussjoni li tista’ titqajjem waqt il-Konferenza.
Għal din il-konferenza se jattendi l-Papa Franġisku li wkoll se jipparteċipa f’xi diskussjonijiet. L-għan prinċipali ta’ din il-konferenza huwa li jgħaqqad il-kulturi u d-diversita’ tal-ġnus.
//= $special ?>