Futbol Sport

FILMAT – Valletta b’konfront diffiċli kontra Sliema Wanderers

Christine Borg

Is-26 ġurnata tal-Kampjonat Premier titkompla għada l-Ħadd b’erba’ partiti f’żewġ stadiums differenti; l-iStadium Nazzjonali u l-Victor Tedesco Stadium. L-aktar partita mistennija hija dik bejn il-leaders Valletta u Sliema Wanderers, b’dawn tal-aħħar nhar l-Erbgħa li għadda temmew draw ta’ 1-1 kontra ċ-champions Hibernians biex b’hekk Valletta kabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika għal erba’ punti. Din il-partita tintlgħab fl-4pm fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Hibernians jeħtiġu jirritornaw għar-rebħ meta l-Ħadd jilgħabu kontra Naxxar Lions fis-2pm fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. F’dan l-istadju l-iskwadra taħt it-tmexxija ta’ Branko Nisevic ma tistax twaqqa’ aktar punti fil-Kampjonat.

Pembroke Athleta, li f’nofs din il-ġimgħa rebħu 3-1 kontra Qormi, imisshom jilgħabu kontra t-tim fl-aħħar post tal-klassifika, St. Andrews. Din il-partita tintlgħab fis-2pm fil-Victor Tedesco Stadium.

F’konfront ieħor mis-26 ġurnata tal-Kampjonat Premier, Mosta jilgħabu kontra Qormi fl-4:15pm fil-Victor Tedesco Stadium.

Dawn is-servizzi miktuba minn Christian Micallef, dehru f’Replay Preview li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television.

Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ Twistees, McVities, Carlsberg, GasanMamo Insurance, Best Deal Properties, King of Shaves u Malta Football Players Association.

Ritratt ta’ Christine Borg.