Kieku l-liġi dwar l-istandards fil-ħajja pubblika li propona il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament ġiet approvata kieku diġa inħatar Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, li immedjatament, mingħajr bżonn ta’ xi permess mill-Prim Ministru, kien jibgħat għal Konrad Mizzi u Keith Schembri u jitlobhom spjegazzjoni dettaljata dwar il-kumpanija tagħhom fil-Panama.
Dan qalitu l-Alternattiva Demokratika f’Konferenza tal-Aħbarijiet quddiem il-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta.
L-AD sostniet li l-pass immedjat li għandu jittieħed huwa l-approvazzjoni immedjata tal-liġi dwar l-istandards fil-politika biex il-Kummissarju tal-istandards ikun jista’ jagħrbel kull Ministru jew politiku li ma jġibx ruħu kif suppost u kull Ministru jew MP li qed jaħbi xi flus fil-Panama
Intqal li f’Malta qed jinħass in-nuqqas totali tal-etika u l-morali fil-politika Maltija u għalhekk huwa kruċjali li din il-liġi dwar l-istandards, l-istess liġi li propona l-PN, tiġi approvata mill-aktar fis possibli.
//= $special ?>