Lokali

Il-Furjaniżi se jerġgħu jiċċelebraw bi stil il-festa ta’ San Patrizju

L-għan tal-attivita’ ta’ din is-sena mhux biss huwa ta’ divertiment imma wkoll li jkun hemm kontribut għall-fondazzjoni ALS f’Malta.

Il-Festa ta’ San Patrizju, festa li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mil-bidu tas-seklu 20, speċjalment fl-inħawi ta’ Balzunetta fejn f’dawn l-inħawi kien hemm stazzjonati suldati Irlandiżi.

Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u minn hemm bdiet it-tradizzjoni li jsejħu lill-Furjaniżi bħala tal-Irish.

Din is-sena se terġa’ tiġi organizzata, attivita’ oħra fejn għar-4 sena konsekkutiva l-Kunsill Lokali tal-Floriana u l-Floriana Ajax Sports Club se jiċċelebraw din il-Festa bl-isem ta’ ‘Saint Patricks’ Sunday’ nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu.

Tul din l-attivita’ se jkun hemm spettaklu għal kulħadd, minnn tradizzjonijiet Maltin għal dawk Irlandiżi. Se jieħdu sehem ukoll il-band Maltija Airport Impressions fejn se jkunu qed jintroduċu xi kanzunetti ġodda minn tagħhom. L-attivita’ qed tagħti s-sapport il-fondazzjoni tal-ALS f’Malta.

Waqt din l-attivita’ kull min irrid se jkun jista’ jbiddel il-birra kwalunkwe tiegħu għal kulur aħdar, mingħajr ma tinbidel it-togħma tagħha.

saint patricks florianffa