Imparżjalita’ fix-Xandir Nazzjonali
Aktar kmieni llum, il-Partit Nazzjonalista bagħat ittra lill-istazzjon nazzjonali li fiha lmenta dwar il-fatt li fil-programm Dissett ta’ nhar l-Erbgħa li għadda, mmexxi mill-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS Reno Bugeja, kien mistieden id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Konrad Mizzi u ma kien hemm ebda mistieden min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.
Clyde Puli l-kelliem tad-drittijiet taċ-ċittadin tal-Partit Nazzjonalista qal li jifhem li meta jkun elett uffiċjal għoli f’partit politiku, l-istazzjon nazzjonali jistiednu biex jiddiskuti l-ħidma pjanata tiegħu fil-Partit, f’dan il-każ, din it-tip ta’ diskussjoni kienet biss parti żgħira tal-programm u infatti waqt il-programm, Konrad Mizzi tkellem dwar l-akbar skandlu politiku li qatt kellna f’Malta – dak tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama tiegħu u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Il-Partit Nazzjonalista qal li fil-programm Dissett, Konrad Mizzi attakka lill-Oppożizzjoni, mingħajr mal-Oppożizzjoni kellha ċ-ċans li twieġeb għal dawn l-akkużi. Il-PN sostna li l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama huwa ta’ kontroversja politika u għalhekk, ma’ Konrad Mizzi, kellu jkun hemm rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista għalhekk talab li jingħata rimedju għal dan.
//= $special ?>