Il-UĦM Voice of the Workers, bħal ma dejjem għamlet, għada se tkun qegħda tieħu sehem fil-protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni li ħakmet f’dan il-pajjiż. Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers sejjaħ li dawn il-varji inċidenzi qegħdin jirriflettu fi kriżi ta’ governanza.
Is-Sur Vella qal li l-korruzzjoni għandha ħafna wċuħ, mhux biss f’dak finanzjarju u għalhekk anke jekk inbabsu mad-demokrazija u l-proċessi tal-eżekuttiv tal-pajjiż jew tbabis ma’ riżultat uffiċjali kif ukoll manuvrar ta’ dan it-tip, dik ukoll hija forma ta’ korruzzjoni. “Prova ta dan”, żied il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM, “huwa l-inċidenti fejn il-Gvern irrifjuta opportunita` mill-UĦM sabiex jagħmel ġustizzja tal-Ħlas Ugwali għal xogħol tal-istess valur u qalagħha l-barra mill-ftehim.”
Hija sostniet li għal dan il-għan u minħabba il-każijiet ta’ korruzzjoni li qed joħorġu kull ġimgħa, il-UĦM hi deċiża li għada tipparteċipa flimkien maċ-ċittadini ta’ fehmiet diversi li flimkien għandhom iwasslu l-messaġġ b’saħħtu kontra l-korruzjoni.
“La għandna ngħixu fil-korruzzjoni u lanqas fid-dell tagħha.” ikkonkluda Josef Vella.
//= $special ?>