L-istqarrija tal-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici tikkonferma kemm l-abbozz ta’ liġi li ressaq hu fil-Parlament huwa ‘fake’, kif ġie deskritt aktar kmieni din il-ġimgħa mill-esperti fil-liġi.
Il-PN qal li Owen Bonnici għażel li jaqbad sentenza waħda minn artiklu sħiħ u jeħodha out of context kif jaqbel lilu. Owen Bonnici jrid jiftakar li meta jiġi biex jitkellem bi stqarrijiet uffiċjali tad-DOI, mhux qed jikteb rapporti għal One News, li jaraw kif jieħdu sentenzi out of context biex joħolqu stejjer.
Fl-artiklu ppubblikat illum, ix-Shadow Minister tal-Ġustizzja spjega li Owen Bonnici tant jinsab f’paniku, wara li prova jikser il-Kostituzzjoni u sab Oppożizzjoni li waqfitlu u li ppreżentat abbozz ta’ liġi dwar kif għandhom jinħatru l-membri tal-ġudikatura, li qed jipprova jagħmel minn kollox biex ma jħallix l-abbozz ta’ liġi tal-Oppożizzjoni, li sab l-appoġġ mhux biss tal-Kamra tal-Avukati, iżda anke ta’ bosta persuni li jaħdmu fis-settur, jgħaddi mill-Parlament.
Owen Bonnici should know much better.
//= $special ?>