Lokali

L-iskandlu tal-Panama f’graffiti taħt Bieb il-Bombi

Taħt Bieb il-Bombi tfaċċat graffiti ġdida li tirrifletti l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.

Bħalissa, il-pajjiż hu ddominat minn diskussjoni taħraq dwar il-kumpaniji sigrieti li nqabdu li għandhom il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Fil-graffiti li tfaċċat, jidher il-Ministru Konrad Mizzi bil-kliem “Panama we trust”.

L-iskandlu tal-Panama jinsab fuq fomm kulħadd. Fl-aħħar jiem, l-Avukat Emmy Bezzina wkoll iddeċieda li jitkellem dwar dan l-iskandlu. Għall-programm, Emmy Bezzina ħa miegħu bagalja mdaqqsa u kappell sinonimu mal-Panama!

emmy bezzina