Tħabbret il-mewt f’eta ta’ 70 sena ta’ Pat Conroy, l-awtur ta’ diversi best sellers fosthom “Prince of Tides”.
Conroy miet minħabba l-marda tal-kanċer fid-dar tiegħu f’Beaufort f’South Carolina. Il-kotba tiegħu kienu bażati fuq it-trobbija tiegħu f’South Carolina u l-ħajja diffiċli ma’ missieru, Donald Conroy, li kien eroj tal-gwerra .
B’kollox madwar id-dinja inbiegħu aktar minn 20 miljun kopja tal-kotba ta’ Conroy u xi wħud minnhom saru films bi “The Great Santini” u “The Prince of Tides” l-aktar magħrufa.
Miet l-awtur Pat Conroy
