Il-Kap ta’ programm għal riċerka (tal-Gvern) dwar il-mard jittieħed fl-Istati Uniti qal li tilqima għal kontra l-marda taz-Zika tista’ tkun lesta għall-provi fuq in-nies aktar ‘il quddiem fis-sena.
It-tabib Anthony Fauci, id-direttur tan-National Institute of Allergy and Infectious Diseases qed jittama li l-provi fuq tilqima partikolari għandhom jibdew qabel Settembru.
Madwar 100 Amerikan instabu morda biz-Zika wara li rritornaw minn xi pajjiżi affettwati mill-virus.
Ix-xjenzati mal-imsemmi istitut għenu jiżviluppaw tilqima għal kontra l-Ebola u issa qed jippruvaw jagħmlu l-istess fir-rigward taz-Zika. Ir-riċerka qed tikkonċentra b’mod partikolari fuq in-nisa tqala minħabba s-suspetti dwar rabta bejn il-virus u t-trabi fil-ġuf tal-omm li jaħsbu li jitwieldu b’moħħ mhux żviluppat minħabba l-effetti taz-Zika.
Sadanittant, Fauci qed jittama li l-provi fuq in-nies jibdew dalwaqt fl-Istati Uniti u qal li ‘se jkollhom tilqima lesta biex jippruvawha fuq in-nies b’mod li taċċerta dwar is-sigurtà u jekk (it-tilqima) twassalx għal reazzjoni valida u protettiva kontra l-virus’.
//= $special ?>