Futbol Sport

Possibiltà ta’ bidla storika fir-regoli tal-futbol

Newly elected FIFA President Gianni Infantino attends a news conference during the Extraordinary FIFA Congress in Zurich, Switzerland February 26, 2016. Swiss football executive Gianni Infantino vowed on Friday to lead FIFA, the sport's world governing body, out of years of corruption and scandal after being elected president to succeed Sepp Blatter. REUTERS/Ruben Sprich

Illum tista’ tkun ġurnata importanti fl-istorja tal-futbol hekk kif f’Wales qed jiltaqa’ l-Bord Internazzjonali li ġie msejjaħ biex jiddeċiedi dwar l-użu tar-replay fil-grawnd b’esperiment li jista’ jibda mill-istaġun li ġej. Is-sitwazzjonijiet li hemm possibiltà li fihom ir-referees jistgħu jaraw ir-replay huma tlieta; biex jiddeċiedi penalty, tkeċċija diretta jew dwar regolarità ta’ gowl (biex jaraw jekk kienx hemm fawl, jekk il-ballun ikunx qabeż il-linja jew plejer kienx offside). Biex ikun hemm l-approvazzjoni hemm bżonn 6 voti minn 8 b’erba’ komponenti mill-FIFA inkluż il-President Gianni Infantino u 4 mill-federazzjonijiet Brittaniċi.

REGOLI ĠODDA – Teżisti possibilità li jkun hemm bdil ta’ regoli u hu propost li dawn ir-regoli jidħlu fis-seħħ:

-Għal fawls meta plejer imiss il-ballun b’idu hu propost li ma jkunx hemm id-diskors dwar il-volontarjetà u l-ammonizzjoni awtomatika, li jseħħ biss jekk plejer iwaqqaf azzjoni perikoluża.

-Tiġi introdotta r-regola tal-vantaġġ anki wara fawls ta’ karti ħomor.

-Min isofri fawl ta’ karta safra jew ħamra m’għandux għalfejn joħroġ mill-grawnd wara li jiġi kkurat sakemm ma jdumx aktar minn minuta.

-Tkeċċija qabel ma tibda l-partita għal inċidenti qabel il-partita.

-Fawl jew penalty (jekk fil-kaxxa) kontra għal min ifittex li jdum apposta biex l-avversarju jidħol lura fil-pitch jew jekk mediku jew membru tal-bankina jidħol fil-pitch mingħajr awtorizzazzjoni.

-Titneħħa dik li tissejjaħ is-sanzjoni tripla li hi penalty, tkeċċija jew skwalifika f’każi ta’ fawls mhux vjolenti, bħal eżempju meta l-gowlkipers joħorġu.

-Ir-raba’ sostituzzjoni fil-ħin barrani kif ukoll l-introduzzjoni tat-tkeċċija ta’ 10 minuti għal min jipprotesta, jipprova jgħarraq jew ikollu komportament antisportiv.