Internazzjonali

Rejd fl-uffiċini tal-gazzetta tal-Oppożizzjoni fit-Turkija

Il-Pulizija Torka għamlet tiftix fl-uffiċji tal-gazzetta tal-Oppożizzjoni tat-Turkija, ftit sigħat biss wara li l-qorti ddeċidiet li dan il-mezz tal-istampa għandu jitqiegħed taħt il-kontroll tal-istat.

F’Istanbul il-Pulizija Torka daħlet fil-bini tal-gazzetta, fejn bdiet tispara gass tad-dmugħ fid-direzzjoni ta’ dawk li kienu qed jipprotestaw kontra din l-azzjoni tal-Gvern.

Is-sid tal-gazzetta Zaman għandu rabtiet mill-qrib mal-moviment Hiżmet, li skont l-awtoritajiet Torok huwa grupp terrorista li jrid ineħħi lill-President Erdogan mill-poter. Ħafna dimostranti favur il-moviment tal-Hiżmet ġew arrestati.