Ftit siegħat biss wara li l-preżentatur Salvu Mallia żvela li vvota lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni, iżda llum jinsab iddiżappuntat, l-ogħla uffiċjali f’Kastilja fetħu attakk dirett fuqu talli esprima dak li jħoss.
Kien waqt il-programm Newsfeed tal-Erbgħa li għadda, li fid-dawl tal-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama, Salvu Mallia qal li jinsab iddiżappuntat bil-Gvern u li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jirriżenjaw.
Ftit siegħat wara li l-preżentatur esprima dak li jħoss, l-ogħla uffiċjali ta’ Kastilja bdew kampanja sistematika kontra Salvu Mallia.
Fost l-oħrajn, il-konsulent tal-Prim Ministru li jaħdem f’Kastilja Glenn Bedingfield, fil-blog tiegħu jattakkah għaliex “fetaħ ħalqu”.
Glenn Bedingfield iddeskrivieh bħala pompuż. Kemm mutetti. U muntatur. Glenn Bedingfield attakkah ukoll, għaliex, skont hu, fil-leġiżlatura preċedenti ma kienx jitkellem. Dan minkejja li kif sostna l-istess Mallia waqt Newsfeed, hu kien wieħed minn dawk li fl-elezzjoni li għaddiet, ivvutaw lill-Partit Laburista.
//= $special ?>