Lokali

Żagħżugħ ta’ 15-il sena jsuq karozza u jagħmel ħerba

Żagħżugħ ta’ 15-il sena li saq karozza illegalment spiċċa biex għamel ħerba meta ħabat f’karozza oħra, kisser xi barrikati tal-ħadid u laqat ‘traffic lights’ fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.20 ta’ waranofsinhar ż-żagħżugħ kellu jitwaqqaf mill-Pulizija li marru fuq il-post.

Rapporti fil-media qed jgħidu li l-ġuvni kellu fil-karozza miegħu żewġ tfajliet li ħarbu mill-post malli ħabat bil-karozza.

Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw dan il-każ.

Ritratt: Arkivji