Lokali

Diversi persuni arrestati matul l-iljieli li għaddew

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, u il-lejl ta’ bejn is-Sibt u il-Ħadd ġew arrestati 11-il persuna. Fosthom, raġel li ġie arrestat matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Ir-raġel ta’ 45 sena li hu residenti Ħ’Attard tressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11.30. Qed jiġi akkużat bi traffikar ta’ aktar minn 2.5 kilogrammi ta’ droga, allegatament; kokaina, pjanta tal-kannabis kif ukoll pussess ta’ diversi armi tan-nar mingħar liċenzja.

Hu deher quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Frendo Dimech.

Filwaqt li matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u il-Ħadd, ġew arrestati 9 persuni, bl-eta’ tvarja bejn id-19-il sena u t-43 sena. Huma instab fill-pusses tagħhom ammont sostanzjali ta’ droga fosthom, kannabis, kokaina, ħaxixa u ecstasy. Dawn id-9 persuni għadhom qedin jinżammu arrestat sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija, u mhux esluż li wħud minnhom jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.