Lokali

Għall-kuntrarju ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, Ann Fenech m’għandiex kumpanija fil-Panama

Għalkemm il-Partit Laburista prova jċappas lil Ann Fenech billi jgħid li xi darba ffurmat xi kumpanija fil-Panama, dan kollu baqa f’wiċċ il-Partit Laburista. Anne Fenech ċaħdet kategorikament dak li intqal mill-Partit Laburista bl-iskop li jtellfu jew inaqqsu r-reputazzjoni tagħha

Fi stqarrija l-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista saħqet kif il-Partit Laburista ipprova jdawwar l-istorja tal-iskandlu ta’ kumpaniji sigrieti mill-Ministru u Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi u minn Keith Schembri, ic-Chief of Staff tal-Prim Ministru, billi qal li xi darba Fenech iffurmat xi kumpanija fil-Panama.

13-il sena ilu, il-Kumpanija Fenlex, li hija d-drettur tagħha illum il-ġurnata Ann Fenech, kienet ġiet provduta biex tirreġistra kumpanija fil-Panama, fiż-żmien meta dan il-pajjiż ma kienx blacklisted. Iżda illum il-ġurnata il-kumpanija Fenlex ma toffrix reġistrazzjoni ta’ kumpanija fil-Panama.

Fl-istqarrija Ann Fenech tkompli tisħaq kif Joseph Muscat qiegħed jipprova jwaħħal f’kulħadd biex l-attenzjoni ma tibqax fuqu u fuq il-Partit tiegħu.

Kien il-Partit Nazzjonalista li nvesta biex ikun hawn settur finanzjaru b’saħħtu, biex ikun hawn aktar opportunitajiet ta’ xogħol u aktar flus fl-ekonomija ta’ Malta, tkompli Ann Fenech

L-ebda tattiċi minnn Joseph Muscat ma’ huma se jwaqqfu lill-Partit Nazzjonalista milli jsemma leħnu kontra il-Korruzzjoni