Lokali

Ikkontrollat nar f’residenza f’Ta’ l-Ibraġġ, is-Swieqi

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw nar li żviluppa f’residenza fi Triq il-Ġiżi, f’Tal-Ibraġġ, fis-Swieqi.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li kollox beda minn short circuit, iżda minkejja l-ħsara, fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Minn informazzjoni li kiseb Net News jirriżulta li l-familja li tgħix f’din ir-residenza kienet għadha kif tasal minn tmiem il-ġimgħa f’Għawdex.