Lokali

Il-PN se jorganizza maratona ġbir ta’ fondi nhar il-Ħadd li ġej

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi. Dan tħabbar illum, waqt il-programm Newsfeed, mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami, li sostna li wara l-Protesta Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni li ġiet organizzata lbieraħ, nhar il-Ħadd li ġej, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Beppe Fenech Adami qal li fil-jiem li ġejjin, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħti aktar dettalji dwar il-maratona ta’ nhar il-Ħadd li ġej.