Kuntistabbli tal-Pulizija sofra feriti ħfief wara li raġel ta’ 25 sena residenti ż-Żejtun tah daqqa ta’ ponn waqt li kien qed jirrispondi għal talba għall-għajnuna.
Kollox beda minn argument li seħħ f’casinò f’San Ġiljan meta żviluppa argument, bil-
Malti u Eritrean ta’ 37 sena mill-Imsida joħorġu barra fejn komplew jiġġieldu fi Sqaq Lourdes.
F’waqt minnhom l-Eritrean ipproduċa arma li taqta’ u bil-ponta u fera biha lill-Malti, li sofra ġrieħi gravi. Fl-argument weġġgħet ħafif ukoll it-tfajla tal-Malti, 26 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għaddejjin bl-investigazzjoni fuq il-każ. Il-Maltin u l-Eritrean qed jinżammu arrestati.
//= $special ?>