Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel appell lil-Laburisti ġenwini li huma urtati bil-mod kif l-eqreb nies tal-mexxej tal-Partit Laburista qed iħaxxnu buthom mingħajr ma’ l-Prim Ministru jieħu azzjoni, anzi jibqa’ jiddefendihom u jiskuża l-aġir tagħhom.
“Laburisti ġenwini, tħallux il-partit jinħakem minn min qiegħed iħaxxen butu,” appella Simon Busuttil waqt diskors li għamel fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Bormla, quddiem folla mdaqqsa li attendiet ftit sigħat qabel il-Protesta Nazzjonali kontra l-korruzzjoni li tibda fit-15:00, fil-Belt Valletta.
Simon Busuttil semma’ laqgħa li kellu fl-aħħar jiem ma’ Laburist li jiġbor il-flus f’isem il-Partit Laburista, li wkoll semmielu b’dispjaċir dak li qed iseħħ u spjega li bħalissa jħossu tradut minn min qed jinqeda bil-Partit Laburista għall-gwadann personali.
Għall-kuntrarju, Simon Busuttil wiegħed mill-ġdid l-impenn tiegħu li hu jinsab fil-politika biex inaddaf darba għal dejjem lil pajjiżna mill-korruzzjoni li taħt Joseph Muscat laħqet l-iktar livelli għolja.
//= $special ?>