L-eks First Lady tal-Istati Uniti, Nancy Reagan, mietet fl-età ta’ 94 sena.
Hi kienet miżżewġa lill-eks President Amerikan Ronald Reagan (li kien miet f’Ġunju tal-2004) u kienet ilha l-aħħar snin residenti f’Bel Air, f’Kalifornja.
Magħruf li Nancy Reagan, eksattriċi li serviet bħala First Lady tal-Istati Uniti mill-1981 sal-1989 (waqt l-aktar fażi kruċjali tal-eks Gwerra Bierda) batiet minn problemi tas-saħħa fl-aħħar snin ta’ ħajjitha. Hi kienet iżżewġet lil Ronald Reagan fl-1952. Skont l-aħħar rapporti, Nancy Reagan spiċċat issofri attakk tal-qalb fatali f’darha.
//= $special ?>