Lokali

Mixja biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider

Il-Ħadd filgħodu, ġiet organizzata mixja biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider. Din l-attivita’ bl-isem ta’ Walk the Pink Road Together, bdiet mill-Furjana fejn flimkien mxew matul il-kosta sakemm temmu l-mixja fix-xatt ta’ Tas-Sliema.

Din l-attivita’ ilha tiġi organizzata għal diversi snin, bl-għan li tkompli tħeġġeg lin-nies biex ikunu aktar kawti u mgħarrfa bis-sintomi ta’ kif tista’ tilqa’ kontra din il-marda tant kiefra.

Skont l-istess parteċipanti, il-ħeġġa tan-nies biex iqajjmu kuxjenza dwar dan is-suggett minn sena għall-oħra qegħda tkompli tiżdied, u għaldaqstant f’numru kbir ta’ każijiet, qegħdin jieħdu l-prekawzzjonijiet necessarji biex jindunaw bil-marda minn kmieni u jirrikorru għall-kura meħtiega. Il-mixja infetħet mill-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca.