Snin ilu, meta kelli xi 12-il sena u kont għadni Abbati fil-parroċċa ta San Ġużepp ġewwa l-Msida, nhar ta Sibt filgħodu kont dejjem inqattgħu man Nannu Pawlu. In-Nannu Pawlu kien mitħla sew tal-Każin tal-Partit Nazzjonalista ġewwa l-Msida, filfatt f’kull ritatt li hemm ta żmien il-Kapijiet Geroge Borg Olivier jew Eddie Fenech Adami ġewwa l-kazin tal-Msida dejjem tara lil-Pawlu Borg. Ta dik l-eta tenera ovjament wiħed majkunx jifhem dwar il-valuri politiċi pero dak iż-żmien in-nannu kien iħobb itini lezzjonijiet varji b’xi storja jew oħra. B’hekk jiena kont dejjem nitgħallem xi ħaġa ġdida u nista ngħid li dak iż-żmien jiena qatt ma nsejtu u ta kull nhar ta Sibt dejjem kont nqum ħerqan biex immur dawra man Nannu.
Darba minhom qalli storja ħelwa, storja li dak iż-żmien ħadta bħala tgħalima, pero din il-Ġimgħa erġajt ftakart fiha u ftakart fi kliem nannuwi. Din hi l-istorja li qalli; Mela darba kien hemm tfajjel ċkejken, kien għadu żgħir pero wera ċerta inteliġenza u min ta eta tenera wera li xi darba dan ser jagħmel differenza fil-ħajja ta dak lijkun. Dan iż-żgħazuħ kiber, studja, stinka u leħaq. Meta gradwa dan beda jaħdem u wara ftit, sfortunatament beda jamilha ma nies li ma kellomx intenzjoni daqshekk tajba.
Ġara li dan iż-żagħzuħ ideċieda li flok jiffoka ħajtu biex juża it-talent li Alla taħ għal-ġid tas-soċjeta bix-xogħol tiegħhu, hu jiffoka biex jara kif ser jagħmel il-flus b’metodi iħfef, iżda b’inqas integrita. Wara li dan irnexxielu jagħmel dan u sar sinjur kbir darba minnhom inqabad. Inqabad u ftit ftit krollalu kollox u tilef kull ma kellu. Dan iż-żagħzuħ fi żmien ftit xhur tilef dak kollhu li kellu spiċċa waħdu, spiċċa waħdu, abbandunat u mitluq, spiċċa waħdu u ħadd majridu.
Meta qalli din l-istorja jiena saqsejt lin-nannu, “Nann, allura x’tgħalima għanda din l-istorja?” Għal dan in-nannu tbissem u qalli “Ibni, għandek għazla f’ħajtek. Jew tagħmel dak kollhu li hu fil-kapaċita tiegħek biex ittejjeb ħajtek u ħajjet ta dawk li inti tista tinfluenza bid-deċiżjonijiet tiegħel, inkella inti jiġrilek bħal dan iż-żagħzuħ. Tiħu it-triq il-faċli li mhix dejjem hi il-waħda ġusta u ma timxiex mal-valuri li tawk ommok u missierek u tispiċċa tgawdi għal-ftit żmien, pero ftakar waħda biss. Il-verita terbaħ dejjem.”
Min dak iż-żmien il-hawn għaddew ħafna snin, din l-istorja dejjem żammejta f’moħħi u dejjem nħoss li jien tgħallimt minnha għax dejjem ġibt quddiem għajnejja li dak li qiegħed nagħmel, nagħmlu biss jekk jista jkun ta ġid, inkella ma nagħmlu xejn. Din il-ġimgħa meta faqqa il-każ ta Konrad Mizzi u Keith Schembri moħħi mill-ewwel mar lura għal-din l-istorja u ftakar fi kliem nannuwi. Li dak il-bniedem li ma jimxix mal-morali, mal-valuri it-tajbin ma għandux future twil quddiem għax il-verita tirrenja u il-verita terbaħ dejjem.
Konrad Mizzi kien jaf li qiegħed jagħmel ħazin. Konrad Mizzi huwa bniedem ta skola u ċertissimu li ma jistgħax jilgħab il-logħba li ma kienx jaf li il-Panama huwa pajjiz blacklisted allura xejn majneħħili min rasi li Konrad Mizzi fetaħ din il-kumpanija bi skop. Skop li hu biss jista jgħidilna xinhu. Hu xinhu l-iskop, żgur mhux biex jista jiftaħar ma sħabu li għandu kumpanija ġewwa il-Panama. Xi skip finanzjarju dan għandu żgur.
Jiena bniedem li nemmen fil-poplu Malti. Nemmen li il-poplu Malti ser jati risposta. Nemmen li min hawn u ftit xhur, forsi snin oħra il-poplu Malti ser jagħmel dak li Joseph Muscat mhux kapaċi jagħmel. Il-poplu Malti ser jassigura li il-verita tirrenja għal-darboħra u li il-verita terbaħ u dawk in-nies li daħqu bil-poplu Malti jieħdu ir-riżultat li haqqhom.
Illum, fit-3pm quddiem Kastilja il-Poplu Malti huwa imsejjaħ biex jingħaqad id f’id mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista biex flimkien ngħajtu b’vuċi waħda u soda li il-korruzjoni mhix posta f’Malta. Il-korruzjoni hija il-qerda tas-soċjeta allura min hawn jien nixtieq ningħaqad mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u inħeġġeġ lill-kulħadd biex wara nofsinhar niltaqgħu Kastilja u nuri li aħna Maltin kburin, Maltin ta rieda tajba, Maltin mgħaqudin kontra dak kollhu li hu ħazin.
//= $special ?>