Lokali

Quddiem l-akbar skandlu politiku f’pajjiżna, Muscat iħabbar mass meeting xahrejn oħra

Quddiem l-akbar skandlu politika f’pajjiżna, Muscat iħabbar mass meeting xahrejn oħra.

Kull min segwa d-diskors ta’ Joseph Muscat dalgħodu, ħareġ iddiżappuntat, għaliex minkejja li kien mistenni jħabbar bidliet kbar fid-dawl tal-akbar skandlu politiku f’pajjiżna, l-uniku ħaġa li ħabbar kien mass meeting għal xahrejn oħra.

Il-Prim Ministru għażel li jinjora għal kollox l-iskandlu li qed jgħereq fih l-aktar Gvern korrott fl-istorja ta’ Malta – dak tal-kumpaniji sigrieti tad-Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Mhux ta’ b’xejn li n-nies jinsabu rrabjati u ddiżgustati mhux biss bl-aġir ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, iżda l-aktar bl-aġir ta’ Joseph Muscat.