Lokali

Aġġornata: Jinstab iż-żagħżugħ Franċiż li kien irrappurtat nieqes

Aġġornament | 2.35pm: Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ Franċiż instab.

Aktar kmieni …
Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għaż-żagħżugħ Franċiż Beauvarlet De Moismont-Michaud (ritratt), li ġie rrappurtat nieqes.

Iż-żagħżugħ, ta’ 24 sena, deher l-aħħar ilbieraħ fis-Swatar, liebes qalziet tat-tracksuit griż u ġakketta griża bl-iswed bil-hoodie.

Il-Franċiż hu ta’ statura medja, għandu xagħru twila ċara u għajnejh blu.

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku, li hu mitlub iċempel il-Kwartieri Ġenerali fuq 119 jew 2122 4001 jekk jarah.

Wieħed jista’ wkoll iżur l-eqreb Għassa tal-Pulizija.