Fuq il-media soċjali ġie ppubblikat filmat ta’ raġel li minn ġo ċella fl-Għassa ta’ San Ġiljan infexx ikanta, jgħajjar u joffendi lill-Pulizija ta’ Malta.
Skont il-POU-GWU, ir-raġel kien fis-sakra meta vvandalizza karozza ta’ Supretendent tal-Pulizija u qaleb skoss muturi li kienu pparkjati f’San Ġiljan.
Ir-raġel kien arrestat u ttieħed fil-lock-up tal-Għassa ta’ San Ġiljan… iżda ma qagħdx wisq bi kwietu, għax ftit wara infexx ikanta u joffendi lill-Korp tal-Pulizija.
F’reazzjoni għal dan l-inċident, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija (POU-GWU) Sandro Camilleri qal li din hija sitwazzjoni tal-biki. “Aħjar nikbi!” temm jgħid Sandro Camilleri.
//= $special ?>