Blue shark ta’ madwar tliet metri li iktar kmieni llum daħal fix-Xatt ta’ Pembroke aktarx salva hekk kif, wara sigħat ta’ ħidma b’dedikazzjoni minn Sharklab-Malta u l-Malta National Aquarium, għam ‘il barra mill-ġdid.
Ix-shark, ta’ sess femminili u b’tul ta’ madwar tliet metri, dehem għajjien ħafna u ma l-mewġ kompla jimbuttah mill-ġdid fuq il-blat waqt li Greg Newell, minn Sharklab-Malta, kien qed jipprova jgħin biex dan joħroġ fil-miftuħ u jkun jista’ jgħum.
Il-fatt li x-shark ħareġ fil-beraħ, fejn jista’ jgħum, hu sinjal pożittiv, għalkemm hu diffiċli wieħed jgħid jekk dan hux se jgħix. Dan filwaqt li għall-aħħar sigħat attivisti lokali baqgħu jżuru ż-żona biex jaċċertaw li x-shark ma nġarrx mill-kurrent mill-ġdid.
Kienu persuni mid-Dipartiment tal-Fisheries li nnutaw ix-shark u rrappurtaw lill-Pulizija, li waslu fil-post u sabu x-shark.
//= $special ?>