Knisja Lokali

Imut l-Arċisqof Mons Paul Giglio

Tħabbret il-mewt tal-Arċisqof Mons Paul Giglio, li għal snin twal ħadem fis-Servizz Diplomatiku tas-Santa Sede. Hu miet ilbieraħ filgħaxija fl-età ta’ 89 sena.

Imwieled fl-20 ta’ Jannar 1927 fil-Belt, Mons Paul Giglio kien ordnat Isqof fl-1986 u Arċisqof Titulari ta’ Tindari. Hu rtira mis-Servizz Diplomatiku fl-2002.

Fi stqarrija, il-Knisja f’Malta qalet li Mons Giglio se jingħata l-Aħħar Tislima l-Erbgħa li ġej fid-9.15am fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt.