Kien żvelat li fit-15 ta’ Marzu l-Papa Franġisku se jiffirma d-digriet għall-kanonizzazzjoni ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta. F’dik id-data mbagħad mistenni li l-Papa jħabbar id-data meta se tkun proklamata qaddisa.
L-indikazzjonijiet huma li aktarx dan isir fl-4 ta’ Settembru, il-ġurnata tal-mewt tagħha.
Apparti minn hekk, waqt il-konċistorju tal-15 ta’ Marzu meta l-Papa se jiffirma d-digriet, hemm stennija mhux biss għal meta se tkun dikjarata qaddisa, imma anki fejn se ssir iċ-ċerimonja. F’dawn l-aħħar xhur saret talba mill-Isqfijiet Indjani biex din iċ-ċerimonja ssir fl-Indja fejn qattgħet parti kbira ta’ ħajjitha u mhux fil-Vatikan.
Lejn id-dikjarazzjoni ta’ Madre Tereża bħala qaddisa
