Il-qawwiet tas-sigurtà tat-Tuneżija qatlu 21 militanti wara li dawn qasmu mill-fruntiera mal-Libja biex iwettqu rejd fl-artijiet Tuneżini.
Dawn il-qawwiet ikkonfrontaw il-militanti wara li talaħħar attakkaw bażi tal-Armata u għassa tal-pulizija fil-belt ta’ Ben Guerdane, lejn il-Lvant tat-Tuneżija. Il-Ministeru tal-Intern Tuneżin, aktar tard, ikkonferma li erba’ ċivili wkoll tilfu ħajjithom waqt il-konfronti.
Fit-Tuneżija kiber it-tħassib dwar it-theddida tal-ġellieda Iżlamiċi, fosthom l-ISIS, li huma bbażati fil-Libja u l-kapaċità ta’ dawn il-ġellieda biex jaqsmu lejn arthom. Intant, ingħalqu l-aċċessi kollha lejn Ben Guerdane, fosthom iz-zona ta’ Ras Jdeir li sservi bħala aċċess ewlieni mit-Tuneżija għal-Libja.
//= $special ?>