Futbol Lokali Sport

Plejer ta’ Luqa St. Andrew’s f’koma wara inċident waqt logħba futbol

Aħbarijiet xejn sbieħ mit-Tielet Diviżjoni hekk kif dan is-sit jinsab infurmat li l-plejer Samba Camara ta’ Luqa St. Andrew’s F.C. jinsab f’koma wara inċident waqt il-logħba kontra Mtarfa F.C.

Il-logħba damet 31 minuta wieqfa u kien hemm bżonn l-għajnuna ta’ tim mediku li kien abbord ambulanza. Madankollu jidher li kien hemm xi problemi hekk kif ma setgħetx tinfetaħ il-gate li tagħti għal barra mill-grawnd.

Dan is-sit saħansitra hu nfurmat li l-plejer dam ħin twil mixħut mal-art sakemm wasal il-persuna li seta’ jiftaħ l-entratura għall-grawnd.

Minkejja dan l-episodju, ta’ min isemmu l-kooperazzjoni kbira bejn iż-żewġ klabb u r-referee żagħżugħ li kien imfaħħar miż-żewġ naħat għall-kontroll impekkabbli u l-mod professjonali kif aġixxa f’dan il-mument.

Iktar dettalji fuq Replay (Net Television).