Sport Sport Ieħor

Tennis: Sharapova tinstab pożittiva

It-tennista Russa Maria Sharapova stqarret f’konferenza stampa mistennija f’Los Angeles li nstabet pożittiva għal antidoping, fejn żvelat ir-riżultat tal-kontrolli li saru fl-aħħar tournament tal-Open tal-Awstralja. Sharapova ilha tieħu l-melodonium għall-aħħar għaxar snin, iżda din saret illegali fil-bidu ta’ din is-sena. It-tennista Russa qalet li ma kinitx taf b’din il-bidla u kien żball gravi. Sharapova ma tridx li ttemm il-karriera tagħha hekk, u tittama li jkollha l-possibiltà f’dati oħra.