Internazzjonali

Tensjoni ġewwa fabbrika f’Sydney

Il-Pulizija f’Sydney fl-Awstralja qed isostnu li m’hemm xejn li jindika li attakk f’fabbrika kellu xi rabta mat-terroriżmu. Il-ġrajja seħħet fiz-zona industrjali ta’ Ingleburn fis-subborgi ta’ Sydney.
Dan wara li raġel armat daħal f’fabbrika qatel raġel u darab tnejn oħra u żamm tlieta ostaġġ għal diversi siegħat.
Wara siegħat ta’ tensjoni, il-ġrajja ntemmet billi r-raġel għamel suwiċidju.