Tliet nisa li jagħmlu l-faċendi fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana, li kienu jgħaddu l-ħin billi jilgħabu fuq it-telefon ċellulari tagħhom, spiċċaw il-Qorti wara li għamlu theddida fittizja ta’ bomba.
Il-Prosekutur Priscilla Caruana Lee, quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud fil-Qorti, qalet li nhar id-29 ta’ Jannar, il-Pulizija kienu nfurmati li ċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana kienet waslet telefonata dwar theddida ta’ bomba.
Dakinhar iċ-ċentru tas-saħħa kien ġie evakwat minn membri tal-Bomb Disposal Unit u l-Pulizija bdiet tinvestiga. Mill-investigazzjoni kien ħareġ li n-numru tal-mobile li kien intuża għat-telefonata kien ta’ mara li qalet li bintha, Tiziana Vella, kienet użatu.
Waqt li kienet taħt interrogazzjoni, Vella ammettiet li hi u żewġ kollegi tagħha, Sandra Ellul u Christine Spiteri, li lkoll jaħdmu bħala cleaners fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana, kienu ddeċidew li jagħmlu t-telefonata bit-theddida fittizja.
Ellul ammettiet mal-Pulizija li l-idea kienet ġiethom meta waqt li kienet qed tilgħab logħba fuq it-telefon ċellulari tagħha hekk kif il-logħba kellha ħoss ta’ bomba tisplodi. Il-każ ikompli jinstema fil-15 t’April.
L-avukati Arthur Azzopardi, Pawlu Lia u Angie Muscat qed jiddefendu lill-akkużati.
//= $special ?>
