L-editorjal ta’ The Malta Independent jgħid illi l-protesta nazzjonali tal-bieraħ kienet it-twelid ta’ Moviment Nazzjonalista. “Il-folla l-kbira li ħonqot il-kapitali uriet biċ-ċar li l-ispin tal-Gvern ma ħadimx, u kulħadd ingħaqad wara l-għajta ‘Shame on You’. Issa wieħed jargumenta li verament twieled moviment li huwa mera ta’ dak li għamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni”, b’referenza għan-nies b’opinjonijiet differenti li kien irnexxielu jiġbor Joseph Muscat warajh.
Dan illum qed jagħmlu Simon Busuttil, u dan deher biċ-ċar fil-protesta nazzjonali tal-bieraħ fejn in-nies ingħaqdu kontra l-korruzjoni. “Kien hemm elf raġuni ilbieraħ biex tmur ximkien ieħor u mhux il-Belt, iżda n-nies għażlu li jinżlu jipprotestaw”, jgħid l-editorjal tal-Independent.
Fl-istess ġurnal tikteb ukoll l-eks deputat indipedenti Marlene Farrugia illi tkellmet dwar il-protesta nazzjonali u l-folla preżenti – determinata li issemma’ leħinha kontra l-korruzzjoni. Farrugia tikteb illi tliet snin wara r-rebħa laburista qatt ma kienet tobsor li se ssib ruħa tipprotesta l-Belt, b’għajta waħda mal-poplu sabiex il-korruzzjoni tieqaf issa.
//= $special ?>