Lokali

Xufier u passiġġier ta’ ambulanza jweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu ambulanza kienet involuta f’inċident tat-traffiku fit-Triq tal-Barrani (viċin Ħal-Tarxien).

Mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li għal xi raġuni l-ambulanza ħabtet fi trakk tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Fl-inċident weġġgħu ix-xufier tal-ambulanza, li l-kundizzjoni tiegħu għad mhux magħrufa kif ukoll il-passiġġier tal-ambulanza li sofra ġrieħi ħfif.