Lokali

Aġġornata: Marlene Farrugia taċċetta l-istedina għad-dibattitu ma’ Konrad Mizzi fil-programm ta’ NET Television “Mhux għax Jimpurtani”

Marlene Farrugia taċċetta l-istedina

Wara l-isfida li d-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia għamlet lid-Deputat Mexxej Laburista u Ministru Konrad Mizzi biex jattendi għal dibattitu politiku one-to-one fuq it-telviżjoni, Norman Vella, il-producer u preżentatur tal-programm “Mhux għax Jimpurtani”, bagħat email biex jistieden liż-żewġ Deputati. Ftit tal-ħin ilu Norman Vella ħabbar fuq Facebook li Marlene Farrugia aċċettat l-istedina.

L-istedina saret b’email li Vella bagħat lil Konrad Mizzi u lil Marlene Farrugia, kif ukoll lill-Uffiċjali tal-Komunikazzjoni tal-Ministeru u tal-Partit Laburista. Il-producer u preżentatur tal-programm fuq NET Television spjega li t-tim tal-produzzjoni lest jiddedika l-ħin kollu tal-programm għad-diskussjoni bejn Mizzi u Farrugia.

F’każ li jaċċettaw l-istedina, id-Deputat Mexxej Laburista u d-Deputat Indipendenti jkunu LIVE matul il-programm tal-Ħamis li ġej, 10 ta’ Marzu, bejn id-9.35pm u l-10.35pm.

Filmat : Reklam tal-programm “Mhux għax jimpurtani”