Lokali

BIL-FILMAT: Waqt tfittxija għall-ħallelin, il-Pulizija jwaqqfu lid-Deputat Ċensu Galea

Id-Deputat Speaker Ċensu Galea, spicca biex ilbieraħ filgħaxija twaqqaf mill-Pulizija fi triqtu lejn ta’ Giorni wara li dawn kienu qed ifitxu ħalliel jew ħallelin li wettqu hold-up ftit qabel.

Meta twaqqaf, Censu Galea ntalab jpoġġi jhdejh fuq l-isterering waqt li l-Pulizija pponta l-arma tan-nar fid-direzzjoni tieghu.

Fil-hin li twaqqaf, Censu Galea, li kien qed isuq karozza tat-tip Fiat, kien flimkien ma’ bintu u l-gharus tagħha.

F’kummenti lil dan is-sit eżatt wara li seħħ dan il-każ stramb, Censu Galea qalilna li hu waqaf fuq it-traffic lights, u rega’ saq meta t-traffic lights qalbu ahdar. Izda madwar mitejn metru wara, hu nduna li kien hemm karozza tal-Pulizija li kienet qed issegwih u waqaf.

Meta waqaf, il-Pulizija hargu mill-karozza u hekk kif ressqu lejh talbuh biex ipoggi jdejh fuq l-isteering u qalulu li kienu qed ifitxu persuna li kienet ghadha kif wettqet hold-up. Mmedjatament, Censu Galea rrimarka lill-Pulizija li dan ma kienx mod ta kif wiehed jagixxi man-nies. Sadanittant, ftit wara, waslet karozza ohra tal-Pulizija u s-surgent, li gharaf lil Censu Galea u nduna li ma kienx il-persuna li kienu qed ifitxu, skuza ruhu mieghu.

Is-serqa saret ghall-habra tad-9:30 f’convenience store fi Triq L-Isqof Caruana fl-Msida.

Jirrizulta li persuna armata u b’hoody dahal fil-hanut u talab lill-kaxxier il-flus. Il-halliel harab minn fuq il-post bi flus kontanti u xi oggetti ohra b’karozza li kienet qed tistennih.