Internazzjonali

Bloomberg mhux se jikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti

L-eks Sindku ta’ New York, Michael Bloomberg, iddeċieda li ma jikkuntestax għall-Presidenza tal-Istati Uniti bħala kandidat indipendenti. Hu bidel il-ħsieb wara li kien qed jikkunsidra li jidħol fix-xena bħala alternattiva għall-poplu.

Bloomberg, is-sid tal-organizzazzjoni tal-aħbarijiet bl-istess isem, esprima tħassib dwar il-kampanji ‘mhumiex konvenzjonali u bla kantunieri’ tal-kandidat Repubblikan Donald Trump u l-kandidat Demokratiku Bernie Sanders. Trump u Sanders qed jittamaw li jiksbu n-nomini rispettivi tal-partiti biex jikkuntestaw għall-White House.

Intant, Bloomberg qal li l-kandidatura tiegħu setgħet ‘tiftaħ bieb għal Trump jew għall-kandidat Repubblikan l-ieħor, Ted Cruz’. Michael Bloomberg, fl-istess ħin, spjega li l-preżenza tiegħu bħala indipendenti kellha tifred il-vot u li, f’każ li ma jkunx hemm rebbieħ ċar fil-vot popolari, tinħoloq sitwazzjoni fejn il-Kungress jista’ jkollu jagħżel il-President tal-Istati Uniti.