Waqt il-programm popolari Hard Talk li xxandar ilbieraħ fuq il-BBC, il-Viċi President tal-pajjiż Isabel Alvarado provat issib kliem biex tirribatti l-akkużi serjissimi li qed tiffaċja l-Panama fejn jidħlu allegazzjonijiet ta’ koarruzzjoni, ħasil ta’ flus u ħmieġ politiku.
Meta mistoqsija dwar is-segretezza tal-banek fil-Panama, Alvarado qalet li s-sistema tal-Panama għadha mhix konformi ma’ dak li qed titlob l-OECD. Dan meta pajjiżi bħall-Bermuda u l-Cayman Islands ukoll ġew konformi u neħħew is-segretezza.
“Aħna nemmnu li jekk titneħħa din is-segretezza, mhux fl-aħjar interess tal-Panama”, qalet il-Viċi President. “Aħna m’aħniex naqblu fuq il-metodu kif dan għandu jsir”.
Alvarado spjegat li l-Panama għandha madwar 30 ftehim bilaterali dwar bdil ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi oħra, iżda l-obligi li teżiġi l-OECD għadhom mhumiex fis-seħħ b’mod sħiħ.
Skont il-BBC, dan kollu juri li l-Panama mhux lesta tneħħi s-segretezza fis-settur bankarju u tas-servizzi finanzjarji.
//= $special ?>