Lokali

FILMAT : Simon Busuttil jisfida lil Muscat għal dibattitu live waqt Xarabank – ilu sentejn jaħrab id-dibattitu

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilu għall-aħħar sentejn jaħrab minn dibattitu live waqt il-programm Xarabank fuq l-istazzjon nazzjonali, u għalhekk il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil mill-ġdid sfidah biex jaċċetta l-istedina, kif diġa għamel hu, għal dibattitu live waqt dan il-programm.

Simon Busuttil qal dan waqt li kien qed indirizza konferenza tal-aħbarijiet lejliet għeluq it-tliet snin ta’ Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat, li ddistingwa ruħu għall-korruzzjoni, inkompetenza u ingann.

Simon Busuttil qal li la darba l-Prim Ministru jilqa’ din l-istedina, hu jagħmel mill-ġdid l-akkużi kollha li ilu jirrepeti għall-aħħar ġimgħat dwar l-iskandlu “tal-id ix-xellugija u l-id il-leminija tal-Prim Minsitru” jew aħjar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti li l-Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Konrad Mizzi u c-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri għandhom fil-Panama.

Simon Busuttil qal li qed jagħmel din l-isfida għaliex m’għandux x’jaħbi u mhux se jagħmel bħal membri tal-Gvern li jheddu bil-libell, iżda qatt ma jresquh.

Accept Analitiċi cookies to view the content.